Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta

 

 

 

 

Home
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
WELCOME
BENVENUTO
WILLKOMMEN
TEKNIKA
PERSPETTIVA
KALENDARJU
AHBARIJIET
RITRATTI
KUNTATT
SITI OHRA


          Merhba

Nilqghuk fil-'Website' tal-
GHAQDA HBIEB TAL-PRESEPJU
               Malta


Aktar ma jghaddi z-zmien, il-festi tradizzjonali Maltin, fosthom il-Milied, qed ikunu assedjati minn materjalizmu sfrenat li jipprova jnessi l-veru sinjifikat ta' dawn il-festi hekk sbieh li jiffurmaw is-sinsla tat-tradizzjoni Maltija.  Fid-dinja tal-lum, fejn il-hajja saret kwazi mekkanika, id-drawwiet ta' missierijietna qed jitwarrbu fil-genb biex jaghmlu l-wisa’ ghat-tlellix tal-konsumizmu 'modern'.

L-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - (Malta) twaqqfet biex, kontra dan il-kurrent, zzomm hajja tradizzjoni marbuta mac-celebrazzjonijiet tal-festi tal-Milied f'Malta -  il-prezenza, jekk mhux ukoll il-bini, tal-PRESEPJU f'kull dar Maltija.  Ghalhekk ma setax jonqos li l-Ghaqda jkollha dawn l-ghanijiet:
 

Li tahdem biex il-presepju jsib postu f'kull dar Maltija fil-Milied.
 

Li tlaqqa flimkien u tkabbar il-hbiberja fost id-dilettanti tal-presepju.
 

Li theggeg artisti u kittieba Maltin biex jinkludu l-presepju u/jew il-Milied fix-xoghol taghhom billi taghti pubblicita xierqa lil dawn ix-xogholijiet.
 

Li torganizza 'lectures' u korsjiet dwar l-istorja u l-bini tal-presepju.
 

Li twaqqaf wirja permanenti, jew muzew tal-presepju u oggetti konnessi mieghu.
 

Li tohloq relazzjonijiet ma' organizzazjonijiet presepistici ohra, kemm f'Malta kif ukoll barra, biex permezz taghhom isir bdil ta' ahbarijiet u   informazzjoni marbuta mat-tradizzjonijiet tal-presepju madwar id-dinja.

     

 

   Next