Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta - Friends of the Crib - Malta - Amici del Presepe - Malta - Freunde der Krippe - Malta - Les Amis de la Creche de Noel -Malte

 


Lejn Milied madwar
il-PRESEPJU

Home
MIN AHNA?
IL-PRESEPJU
WELCOME
BENVENUTO
WILLKOMMEN
BIENVENUE
TEKNIKA
PERSPETTIVA
KALENDARJU
AHBARIJIET
RITRATTI
KUNTATT
SITI OHRA

Attivitajiet tal-25 Anniversarju

Is-sena 2011 giet fi tmiema u maghha ghaddew ukoll il-festi u attivitajiet marbuta ma' eghluq il-25 sena mit-twelid tal-Għaqda Hbieb tal-Presepju (Malta)
Kien programm ambizzjuz li kultant habat ser inezzaghna. Dan ghaliex, bhala Ghaqda volontarja ma tantx ikollna flus x'nonfqu. Izda ma qtajniex qalbna. Konna nafu li jekk dak li xtaqna naghmlu kien ghal glorja tal-presepju, il-Bambin jipprovdi l-mezzi.

Masgar il-Presepju

L-attivitajiet taghna  bdew fis-7 ta' Ottubru 2011. Dak inhar l-Ghaqda ghalqet 25 sena u aħna morna fi Gnien Hastings, il-Belt Valletta u hawwilna 25 sigra, sponsorjati minn daqstant membri tal-Ghaqda. Kienet cerimonja semplici imma sinjifikattiva.  Xi ħadd issuggerixxa li ghandna nfakkru lil membri tal-Ghaqda li kienu mietu u ghalhekk twawwlu wkoll zewg sigriet dedikati ghal dawn il-membri.




Konkors ta' Proza u Poezija
Bhal ma konna habbarna, ghamilna konkors ghal novelli u poeziji godda. sittax il-kitba, hdax novelli u hames poeziji dahlu ghal dan il-konkors. Dawn gew miflija minn gurija apposta u r-rebbieha nghataw trofej u certifikati waqt serata li saret apposta. In-novelli u poeziji ser ikunu pubblikati fuq il-fuljett "il-Presepju" fil-hargiet li gejjin. Grazzi u prosit lil kontributuri għal dan il-konkors.

Quddiesa u Ftuh tal-Wirja
Din is-sena xtaqna li l-wirja tinfetah wara li ssir quddiesa fil-Knisja ta' San Frangisk fi Triq ir-Repubblika. Għal din l-okkazjoni kellna maghna lil Patri Pierbattista Pizzaballa ofm li hu l-Kustodju tal-Art Imqaddsa u li gie apposta mill-Palestina. Il-quddiesa kienet wahda koncelebrata minn numru sabih ta' patrijiet Frangiskani Minuri u Kunventwali li kienu mmexxijja mill-Kustodju nnifsu u l-provincjali taz-zewg Komunitajiet. Il-Kor Collegium Musicum immexxi minn Mro Dione Buhagiar ipprovda l-kant waqt il-quddiesa. Wara  Patri Pizzaballa nizel fis-Sala San Frangisk fejn bierek il-presepji esibiti fil-wirja annwali tal-Ghaqda.

Kuncert vokali
Madwar 550 persuna imlew il-Konkatidral ta' San Gwann, fil-Belt Valletta, nhar il-Gimgha 9 ta' Dicembru, 2011 biex jattendu ghal kuncert ta' muzika u kant tal-Milied moghti mis-St Paul Choral Society. Dan il-kor maghmul minn madwar 60 persuna, esegwixxa xogholijiet ta' kompozituri u awturi internazzjonali fosthom Maltin. Kif wiehed kien jistenna din l-attivita kienet egħluq prestigjuz għal festi tal-Anniversarju. Grazzi ghad-donazzjonijiet tal-udjenza, l-Ghaqda tat rigal lid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi.

Eghluq is-Sena
Ghal dawn l-ahhar snin l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta ghalqet is-sena b'serata li matula ssir quddiesa ta' ringrazzjament u riceviment ghal membri. Waqt din is-serata jitqassmu certifikati u tokens lil dawk li jkunu hadu sehem fl-attivitajiet organizzati matul is-sena. Din is-sena dawn it-tokens, mahdumin apposta biex jikkommemoraw il-25 Anniversarju tal-Ghaqda, gew mghotija lil dawk li ppartecipaw billi sponsorjaw sigra, kitbu novelli jew poezija jew esibixxew presepji fil-wirja annwali. Ghal darb'ohra l-partecipazzjoni tal-membri bil-familji taghhom ghamlu din is-serata wahda denja ta' eghluq sena ohra ta' hidma lejn MILIED MADWAR IL-PRESEPJU.

 

   Back Home Next