|
|
|
|
Min Ahna?
It-tradizzjoni
tal-Presepju fil-gzejjer Maltin tmur lura aktar
minn erba' mitt sena, u
ghalhekk rabbiet sew l-eghruq fost il-poplu ta' dawn il-gzejjer. Minkejja dan,
fit-tieni nofs tas-seklu ghoxrin, wara t-Tieni Gwerra dinjija, bdew dehlin
f'Malta, l-aktar permezz tas-Servizzi Nglizi stazzjonati f'pajjizna, drawwiet u
uzanzi barranin anke f'dak li kien jirrigwarda c-celebrazzjonijiet tal-Milied.
Fil-bidu tas-snin hamsin tfaccat il-Christmas Tree, b'tizjin u dwal irqaq
ilellxu. Santa Claus, jew ahjar Father Christmas, ma damx ma wasal bir-rigali 'moderni'.
Kienu affarijiet sbieh, m'ghandniex xi nghidu. Kont wkoll issibuhom lesti, kemm
tpoggihom f’posthom; ma kienx hemm bzonn tidlik jew preparazzjoni twila. Kien
ghalhekk li malajr intoghgbu u saru popolari. Imma hej, ghal ftit ma qatlux l-isbah
tradizzjoni li kellhom missierijietna...dik tal-presepju! Bil-mod il-mod dan
twarrab fil-genb sa ma kwazi sparixxa ghal kollox, u bla tlaqlieq nghidu li,
kieku ma kienx ghal xi erba' dilettanti li baqghu jarmaw il-presepju fid-djar
taghhom, din l-uzanza hekk sabieha kienet tispicca ghal kollox.
L-entuzjazmu ta' dawn id-dilettanti wassalhom biex jinghaqdu flimkien u joffru lill-pubbliku wirja ta' presepji zghar. Ir-rizultat kien posittiv u wassal biex ftit inqas minn sena wara, f'Ottubru, 1986, twieldet l-GHAQDA HBIEB TAL-PRESEPJU (Malta). Il-wirja ta' presepji baqghet issir kull sena taht il-Knisja tal-Frangiskani li hemm fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta, fejn ghadha ssir sal-lum, u maghha ddahlet kompetizzjoni ghall-isbah presepju f'diversi kategoriji. Il-preparazzjoni ghal din il-wirja bdiet issir minn kmieni permezz ta' laqghat dwar l-istorja u l-bini tal-presepju. In-numru tal-membri beda jikber u l-interess beda jizdied. Fi ftit snin, meta l-entuzjazmu ghall-presepju rega qam u bdew jitfaccaw numru ta' presepji go garaxxijiet u swali madwar Malta, il-kompetizzjoni fil-wirja tal-Ghaqda tnehhiet. Kien pass xi ftit riskjuz, ghax kif jghidu l-kompetizzjoni taghti l-hajja, izda kien pass fid-direzzjoni t-tajba. Il-presepju baqa’ jsir, mhux biex irebbah il-premju, imma biex iwassal messagg ta' paci. Mal-laqghat ghal membri, il-Kumitati li mexxew l-Ghaqda matul is-snin, ziedu lezzjonijiet fi skejjel u ghaqdiet ohra madwar Malta. L-introduzzjoni tal-Kunsilli lokali wkoll tat sehema biex il-hidma tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju tikber. Wiehed mill-ghanijiet tal-Ghaqda kien li tohloq kuntatti ma ghaqdiet ohra simili barra minn Malta. Grazzi ghal dawn il-kuntatti, wiehed isib presepji Maltin madwar l-Ewropa fosthom il-Germanja, Austrija, Belgju u l-Italja. Il-kuntatti ma’ ghaqdiet presepisti f'dawn il-pajjizi ghinu hafna biex tikber il-kultura ta' pajjizna f'dan ir-rigward. Il-lum l-Ghaqda hija cellula internazzjonali tal-Opera Praesepium Populi li ghandha s-sede taghha fi Sqallijja. Il-hidma tal-Ghaqda ma tieqaf qatt...sa minn kmieni fis-sena, il-Kumitat tat-tmexxijja jahseb biex jippjana korsijet, laqghat u diskussjonijiet dwar il-presepju u dak kollu li ghandu x'jaqsam mieghu. Dan izomm l-Ghaqda hajja u thares dejjem il-quddiem. Dejjem ghaddejjin sakemm matul it-tieni nofs tas-sena tibda r-rankatura li twassal ghal wirja annwali fejn wiehed ikun jista’ jammira u japprezza x-xoghol tal-Ghaqda permezz ta' numru ta' presepji li jinhadmu kull sena mill-membri tal-Ghaqda Hbieb tal-Presepju - Malta. |